Kurżitajiet
Kumpanija Spanjola taqla’ l-miljuni minn fuq il-mejtin

Fi Spanja, kumpanija li torganizza u tmexxi l-funerali tinsab taħt investigazzjoni wara li ġie allegat li tneħħi l-mejtin mit-twiebet oriġinali biex titfagħhom fi twiebet ta’ kwalità inferjuri.

Kumpanija tal-funerali f’Valladolid qed tiġi investigata b’qerq li tbigħ lill-familjari tal-mejtin twiebet għoljin biex imbagħad terġa’ tbigħhom lil ħaddieħor wara li titfa’ lill-mejtin fi twiebet inferjuri fil-kwalità.

Mas-16-il persuna, li kollha jiġu minn xulxin u li għandhom sehem fil-kumpanija, ġew arrestati.

L-investigazzjoni nfetħet fl-2017 meta tkellem lavrant tal-kumpanija. Il-kumpanija Grupo El Salvador, hija waħda mill-kumpaniji ewlenin tal-funerali fi Spanja.

Huwa maħsub ukoll li l-kumpanija kienet tmur tiġbor il-fjuri mixtrija biex terġa’ tbigħhom lil ħaddieħor. Għad mhux magħruf kemm il-kumpanija ilha tqarraq lin-nies iżda l-investigaturi jemmnu li l-kumpanija rnexxielha tiġġenera l-miljuni għaliex il-funerali ma jiġux b’xejn. Fi Spanja, funeral jaf jiswa bejn l-€2,500 u s-€6,500.

F’residenza ta’ wieħed mis-sidien tal-kumpanija, instabu mal-€1 miljun fi flus kontanti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’Kalifornja, David u Louise Turpin weħlu għomorhom il-ħabs wara li nstabu ħatja li rabtu, ittorturaw u qaflu lit-13-il wild tagħhom. Il-każ imur lura għas-sena l-oħra meta tifla tal-koppja Turpin, li…

Barranin

Il-Pulizija Irlandiża ppubblikat filmati minn kameras tas-sigurtà li juru l-mumenti qabel inqatlet il-ġurnalista Lyra McKee ta’ 29 sena nhar il-Ħamis li għadda. Mc Kee, li kienet qed tirrapporta minn Derry,…

Kurżitajiet

Fl-Indja, Pawan Kumar mar fl-estremità li qata’ subgħajh barra wara li ntebaħ li ħa żball meta daħal jivvota. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, Kumar jispjega għaliex għandu idu nfaxxata…

Aktar