Barranin, Kurżitajiet
ARA: Jiġġieldu x-xjuħija bil-boxing

Il-boxing huwa sport kemmxejn intensiv.  Minkejja dan hawn min jitħarreġ f’din id-dixxiplina sportiva biex ikollu stamina biżżejjed biex jirreżisti l-isfidi li jista’ jiffaċċja f’ħajtu.

U l-istess qed jagħmlu n-nanniet ta’ Cosmo City, li hija subborg fil-kapitali ekonomika Sud-Afrikana ta’ Johannesburg.  Dawn l-anzjani għandhom bejn il-75 u t-80 sena, u jipprattikaw il-boxing biex jiġġieldu l-uġiegħ tax-xjuħija u fl-isress waqt jibqgħu f’saħħithom.

Il-gym joffrilhom żewġ sessjonijiet fil-ġimgħa, li jinkludu eżerċizzji tal-cardio u tal-boxing.  Wara dan it-taħriġ, huma jistgħu jisfidaw lil xulxin meta jridu f’xi ring tal-boxing.

Bl-eżerċizzju fiżiku l-anzjani qed jirnexxielhom jindirizzaw il-malinkonija u s-solitudni li ħafna drabi wieħed jiffaċċja meta jikber fl-età.  Il-boxing bħal donnu qed jagħtihom tama ġdida għall-futur.  It-taħriġ qed jgħinhom ukoll biex ikunu jistgħu jiddefendu lilhom infushom.

 

Ara hawnhekk sessjoni ta’ boxing mill-anzjani Sud-Afrikani:

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-maġġoranza tal-vittmi li qatel u darab Alek Minassian, ir-raġel li saq għal fuq in-nies it-Tnejn li għadda f’Toronto, kienu nisa. Jidher li Alek Minassian kien jifforma parti minn grupp imsejjaħ…

Barranin

Is-servizz popolari tal-messaging WhatsApp se jipprojbixxi dawk taħt is-16-il sena milli jużaw il-pjattaforma. L-utenti għandhom ikollhom minn tal-anqas 13-il sena iżda l-kumpanija se tbiddel ir-regoli qabel l-introduzzjoni tar-regolamenti l-ġodda tal-UE…

Barranin

Raġel ta’ 53 sena jinsab f’qagħda kritika wara li kien attakkat qrib Anfield qabel is-semifinali taċ-Champions League bejn Liverpool u Roma. Żewġt irġiel Rumani li għandhom 25 u 26 sena…

Barranin

Il-President Amerikan Donald Trump u l-President Franċiż Emmanuel Macron qablu li possibilment jista’ jkun hemm ftehim aġġornat dwar il-programm nukleari tal-Iran. Wara taħditiet fl-Istati Uniti fejn Macron għamel żjara ta’…

Aktar