Qorti
Jiġi miċħud permess tar-residenza mingħajr l-ebda provi kontrih

Il-Qorti tal-Appell semgħet il-każ ta’ Istok Lazarevic li ġie miċħud peremss biex jirrisjedi u jaħdem f’Malta.

Il-Qorti semgħet kif il-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni ħadet id-deċiżjoni li ċċaħħad il-permess lil Lazarevic fuq rapport tal-Ispettur Victor Aquilina, li qal li Lazarevic m’għandux jingħata tali permessi għaliex huwa periklu nazzjonali.

Il-Qorti sabet li l-Bord għamel żball kardinali meta qies li d-dikjarazzjoni tal-Ispettur kienet prova biżżejjed biex tittieħed deċiżjoni kontra Lazarevic.

Lazarevic, li fil-passat skonta sentenza ta’ 6 snin ħabs fis-Serbja fuq droga, kien qed jaħdem ma’ kumpanija Maltija li tagħmel il-ħġieġ. Fid-difiża tiegħu, l-appellant ippreżenta diversi ittri kif ukoll dokument minn avukat tiegħu li l-imġieba tiegħu, wara li skonta sentenza fil-ħabs, inbidlet għall-aħjar u qatt ma reġa’ xellifha mal-liġi.

Il-Qorti sabet ukoll li l-Bord naqas milli jagħti ċans lill-appellant jitkellem u jirribatti dak li qal l-Ispettur Aquilina u qalet li din mhix il-mod kif issir ġustizzja.

Il-Qorti għalhekk talbet lill-Bord terġa’ tieħu lura l-każ u tiddeċiedi skont il-liġi.

 

 

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard…

Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Aktar