Kurżitajiet
Jiġih kont ta’ €43 għal 2 ilma u 2 kafè

F’Venezja, raġel li kien qiegħed fuq btala baqa’ skantat wara li l-kont ta’ 2 ifliexken ilma u 2 kafè ġieh b’kollox €43.

Juan Carlos Bustamante, attivist fil-partit tal-Movimento 5 Stelle, ma setax jemmen kemm tela’ l-kont għal 2 ifliexken ilma u 2 kafè li kien ordna f’kafetterija f’Venezja. Huwa ddeċieda jaqsam l-esperjenza tiegħu fuq il-midja soċjali biex juri kif insteraq ħaj.

Il-kafetterija qalet li l-prezzijiet huma miktubin ċari u tondi fuq il-menu, iżda qalu li l-klijenti mhux dejjem jagħtu kashom u jaqbdu u jordnaw mingħajr ma jqisu.

Aħbarijiet Oħra
Temp

Meta jaħkem il-maltemp, ħafna nies ifittxu l-irdoss ta’ darhom, u għalhekk ftit huma dawk li jirnexxielhom jaraw il-pajsaġġ Malti mixgħul u mdallam mill-elementi. Għadd kbir ta’ ritratti li ttieħdu fl-aħħar…

Waqt il-Kafé

WAQT IL-KAFÉ… ma’ Joe Julian Farrugia   Fil-ktieb “Fuq il-Għajn ta’ San Bastjan”, Kilin isemmi kif kienu jinġabru fuq is-Sur tal-Imdina f’Santa Marija biex jaraw in-nar tas-seba’ rħula fejn jiċċelebraw…

Kurżitajiet

Fiċ-Ċina, tifel ħarab lil missieru fi stazzjon tal-ferroviji ta’ Xiaolan, fil-belt ta’ Zhongshan.  Meta suppost kellu jgħaddi mill-kontrolli tas-sigurtà tal-istazzjon, il-missier ma sabx lil ibnu u beda jinkwieta. It-tifel instab…

Barranin

Qed ikun meqjus bħala miraklu meta t-tarbija, li meta kienet għadha prematura waqfitilha qalbha għal 22 minuta, iċċelebrat l-ewwel għeluq sninha. Lacey Sherriff, li twieled ta’ 27 ġimgħa tiżen 635…

Aktar