Barranin
Jikber il-paniku fl-Italja, mill-anqas 6 persuni mejta u 220 infettati

Il-vittmi tal-Coronavirus madwar id-dinja telgħu għal 2,600, bl-Italja jsir l-aktar pajjiż affettwat barra l-Ażja tant li mill-inqas sitt persuni mietu u aktar minn mitejn instab li huma infettati bil-virus.

L-Unjoni Ewropea mhux qed timponi restrizzjonijiet għall-ivvjaġġar lejn l-Italja iżda allokat €230 miljun biex l-awtoritajiet Taljani jkunu jistgħu jikkumbattu l-imxija tal-Coronavirus.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li hija mħassba bl-imwiet fl-Italja u qalet li għalissa m’hemmx lok li tiddikjara pandemija izda ħeġġet lill-pajjiżi li iħejju ghal possibilta ta’ pandemija.

F’Milan, il-paniku u t-tħassib fost ir-residenti minħabba l-imxija tal-coronavirus kien rifless fl-ixkafef vojta fis-supermarkets li fl-aħħar sigħat ma setgħux ilaħqu mal-konsumaturi li bdew jixtru kull ma jsibu quddiem għajnejhom minħabba l-biżgħa li jaf jispiċċaw bla ikel u provvisti oħra.

Il-pandemonju nħoloq wara li l-Italja saret l-aktar pajjiż barra l-Ażja fejn il-virus qed jinxtered b’rata mgħaġġla u ħafna nies qed jinstab li huma infettati bil-Coronavirus. Sa issa sitt anzjani mietu filwaqt li aktar minn mitejn u għoxrin huma infettati u qed jingħataw il-kura.

Toroq u żoni fit-tramuntana tal-Italja speċjalment fi rħula żgħar fir-reġjun tal-Lombardia fejn ġew rappurtati l-aktar każijiet ta’ dan il-virus, spiċċaw baħħ min-nies. F’Casalpusterlungo u rħula qrib fejn jgħixu madwar 50,000 persuna jinsabu iżolati, bil-Pulizija qed tieħu miżuri stretti biex tnaqqas l-ivjaġġar fl-irħula li jinsab fi stat ta’ kwarantina.

Anke Venezja ġiet affettwata, b’ħafna turisti temmew ħesrem il-btala tagħhom f’din il-belt hekk kif l-awtoritajiet ħassru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival jumejn qabel fost id-diżappunt tad-dilettanti li ħafna minnhom ma qablux mad-deċiżjoni.

Francesca Rota qal “naħseb li t-twaqqif tal-Karnival jumejn qabel huwa bla sens għax fl-opinjoni tiegħi hija deċiżjoni għal media biex tagħti aktar serħan il-moħħ lin-nies”

L-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Italja, Joseph Cuschieri li hu bbażat f’Ruma, qal li s-sitwazzjoni hija ta’ tħassib.

“Il-preokkupazzjoni hija li sa issa l-każi qed jiżdiedu u mhux jonqsu, nittamaw li l-miżuri li qed jieħu l-Gvern Taljan jagħtu r-riżultat u jkun hemm kontroll assolut biex is-sitwazzjoni tkun taħt kontroll”.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qalet li hija mħassba ħafna bl-imwiet fl-Italja iżda qalet li għalissa m’hemmx lok li tiddikjara pandemija. Il-WHO ħeġġet lill-pajjiżi kollha biex iħejju kemm jistgħu ghal din l-eventwalita. Dan hekk kif anke fl-Iran u l-Korea t’Isfel kien hemm żieda sinifikanti fl-għadd ta’ imwiet u persuni infettati bl-istess virus filwaqt li aktar pajjizi iddikjaraw li ghandhom pazjenti b’dan il-virus.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ġirja kontra l-ħin fir-Renju Unit fil-ġlieda kontra t-tifrix tal-COVID-19. B’numru s’issa rekord ta’ mejta f’24 siegħa – 684 ruħ li mietu kawża tal-Coronavirus. Qed jinbnew sptarijiet ġodda, fosthom l-isptar ta’…

COVID-19

In-numru ta’ Amerikani bla xogħol reġa’ żdied għal numri rekord, għat-tieni ġimgħa konsekuttiva. Iktar minn 6.6 miljun persuna marru jirreġistraw għax-xogħol sat-28 ta’ Marzu, qal id-Dipartiment tax-Xogħol, iktar mid-doppju tal-ġimgħa…

Barranin

Fir-Renju Unit, qabżu l-2,900 l-mejta, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietu 569. L-uffiċjali tas-saħħa qalu li huma frustrati bis-sitwazzjoni prekarja. Aktar minn nofs l-Ingliżi jemmnu li l-gvern tal-Prim Ministru Boris…

Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea ħabbret pjan ta’ protezzjoni għall-impjiegi u l-ħaddiema affettwati mill-pandemija. Il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen qalet li se tingħata għajnuna finanzjarja lill-istati membri li tammonta għal mitt biljun…

Aktar