COVID-19
Jikkalkula li f’Malta seta’ kien hawn mal-500 persuna oħra bil-COVID-19 mingħajr ma jafu

Il-Konsulent tal-Ġenetika u l-Fiżjoloġija, il-Professur Christian Scerri, qal li jikkalkula li f’Malta seta’ kien hawn bejn wieħed u ieħor 500 persuna oħra li kellhom il-Coronavirus u ma jafux. Fil-programm Insights, il-Professur Scerri qal li dawn jistgħu jinqabdu biss b’iżjed testing fil-komunità

Għalkemm in-numri ta’ persuni li qed ikunu pożittivi naqsu sew kemm każi ġodda wkoll b’riżultat ta’ fejqan, il-Konsulent tal-Ġenetika u l-Fiżjoloġija, il-Professur Christian Scerri wissa’ li hemm nies li jkollhom il-coronavirus imma ma jkollhomx sintomi.

“Jiena f’Malta nikkalkula li hawn bejn wieħed u ieħor 500 ruħ oħra li qed jiġru hemm barra mas-saqajn li xi wħud minnhom għaddielhom imma xi wħud minnhom għadhom m’għaddielhomx. U min huma dawn ma nafux. Nista’ nkun jien tista’ tkun int għax sintomi jista’ ma jkollniex.”

Fil-programm Insight fuq TVM, il-Professur Scerri qal li dawn jistgħu jinstabu jekk isiru iktar swabs fil-komunità. Kompla jgħid li fost il-punti li tirrakkomanda l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa hemm li l-pajjiż ikollu 20 fil-mija tal-popolazzjoni li ġie ttestjat għall-virus qabel jitneħħew ir-restrizzjonijiet. Dan ifisser qal l-Professur li f’Malta jridu jsiru erba’ darbiet iżjed testijiet ma’ dawk li saru s’issa.

Huwa kompla jgħid li l-Covid-19 għandu hajja qasira bix-xemx, is-sħana u l-umditaà.

“F’Malta minħabba probabbilment is-sħana li kellna, anke jekk jiena missejt it-tazza u ħallejt il-virus, wara ftit il-virus miet minħabba l-klima ta’ Malta.”

Dwar il-possibilità tat-tieni mewġa ta’ dan il-virus, il-Professur Scerri qal li din tista’ tiġi evitata jekk fost affarijiet oħra nkomplu nżommu d-distanza soċjali u l-airport u l-port magħluqa.

“Le s-second wave ma tiġix. Imma malli niftħu l-airport irid ikollna surveillance qawwi ħafna biex naraw min dieħel għax inkella se tiġina s-second wave.”

Il-Professur Scerri qal li l-probabbilità hi li t-tilqima tinstab madwar disa’ xhur oħra u, għall-ewwel, minħabba li ma jkunx hawn għal kulħadd, tingħata lil persuni vulnerabbli u oħrajn li huma meqjusa bħala front liners u jridu jiġu protetti mill-virus minħabba xogħolhom.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja. Huwa kien qed jirreaġixxi…

Relazzjonijiet Industrijali

Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers avżat li l-għalliema li jaħdmu fil-Clubclass English Language School se joħorġu bi strajk nhar it-Tnejn. Fi stqarrija l-union qalet li ilha…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar…

Politika

Il-Partit Laburista ħabbar l-ismijiet ta’ dawk li tefgħu n-nomina tagħhom għal diversi karigi fl-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Daniel Micallef, li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, qed…

Aktar