COVID-19
Jikkunsidra li jerġa’ jimponi lockdown f’Leicester wara żieda fil-każijiet ġodda

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li l-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jerġa jimponi lockdown fil-belt ta’ Leicester wara żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Johnson ħeġġeġ lin-nies biex jibqgħu kawti minkejja li ġew illaxkati r-restrizzjonijiet.

Huwa esprima tħassib dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’din il-belt u saħaq li l-pajjiż għadu ma ħariġx mill-periklu. Johnson qal li filwaqt li qed jittieħdu passi meqjusa biex mill-4 ta’ Lulju r-Renju Unit jiftaħ kemm jista’ l-ekonomija, għad hemm ir-riskju.

Żied li wieħed irid jibqa’ viġilanti u jkompli josserva l-miżuri bażici u jekk hemm bżonn jerġgħu jiġu ntrodotti lockdowns lokali. F’Leicester jgħixu mat-350,000 persuna u ġew irreġistrati aktar minn 650 każ f’temp ta’ ħmistax mis-16 ta’ Ġunju ‘l hawn.