Kurżitajiet
Jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru

Josh Barry, kittieb li għandu l-kundizzjoni tas-cerebral palsy qatta’ l-aħħar 9 snin jikteb ktieb fuq ħajtu bi mnieħru.

Minkejja l-limitazzjonijiet li jaffaċċja kuljum, Josh Barry ma jaqtax qalbu u permezz tat-teknoloġija huwa kiteb il-ktieb Adapted.

Bl-użu ta’ tablet huwa jagħfas l-ittri bi mnieħru u niseġ ħajtu. Huwa jiddeskrivi l-ktieb tiegħu bħala storja umana ta’ xi ħadd li jibqa’ għaddej b’ħajtu u bl-affarijiet tiegħu minkejja l-isfidi li jaffaċċja.

Qabel kien jikteb billi jitkellem u l-kompjuter jittraskrivi dak li jkun qed jgħid. Madankollu Josh sabha aktar innovattiva u kreattiva li jikteb huwa stess fuq it-tablet.

Huwa kiteb il-ktieb biex jgħin u jispira lil dawk in-nies li għandhom xi diżabilità. F’intervista mal-BBC huwa tkellem dwar l-esperjenza tiegħu meta joħroġ fit-triq. Qal li kemm-il darba esperjenza nies jibqgħu jħarsu lejh u anke jidħku bih. Qal li ma jridx li jħalli l-kundizzjoni taffettwa kif jiġi ttrattat min-nies. Stqarr li n-nies għandhom bżonn jirrillasaw ftit.

Josh jaħdem ġurnalist għal rasu u għandu sit dwar il-mużika u artisti. Permezz ta’ dan is-sit huwa intervista diversi ċelebritajiet fosthom Sir Ian Botham u Jeremy Kyle.

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar