Barranin
Jilagħbu l-futbol bil-libsa tat-tieġ

Hekk kif ir-Russja bħalissa hemm klima ta’ futbol minħabba t-Tazza tad-Dinja, nisa Russi lagħbu partita ta’ ħbiberija bl-ilbies tat-tieġ.

Il-logħob saru fil-belt Russa ta’ Kazan u damu kwarta kull waħda.

Minflok il-gear u s-shorts in-nisa libsu libsa tat-tieġ. Huma lagħbu quddiem folla żgħira.

Mara mit-tim rebbieħ, li f’ħajjitha qatt ma lagħbet il-ballun, stqarret li minkejja li taw wirja sabiħa, hi ma kinitx daqshekk komda tilgħab b’dak l-ilbies.

It-tim rebbieħ ingħata replika tat-trofew tat-Tazza tad-Dinja 2018 magħmul mill-fjuri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Dimostranti tas-sdieri sofor inġabru fix-Champs-Elysees f’Pariġi għal ħames tmiem il-ġimgħa ta’ protesti. Eluf ta’ pulizija jinsabu lesti f’każ li l-protesti jsiru vjolenti bħal dawk ta’ qabilhom. Il-moviment beda ħames ġimgħat…

Barranin

L-attriċi Eliza Dushku rċeviet $9.5 miljun bħala kumpens talli tkeċċiet minn serje televiżiva wara li lmentat minn fastidju sesswali. CBS laħqet ftehim barra l-Qorti ma’ Dushku, u ħallsitha s-somma sħiħa…

Barranin

“Mhux spiss li nitħallew bla kliem.” Hekk qalu Pulizija mis-sezzjoni tat-traffiku fir-Renju Unit, li tellgħu dan ir-ritratt fuq il-midja soċjali. L-inċident seħħ ilbieraħ f’Linton, meta s-sewwieq ta’ din il-karozzja skiddja…

Barranin

Ir-raba’ vittma tal-isparaturi fis-suq tal-Milied fi Strasburgu ilbieraħ tilef il-ġlieda kontra l-mewt. Antonio Megalizzi, ġurnalist Taljan ta’ 29 sena, miet mill-ġrieħi li sofra f’rasu wara li Cherif Chekatt spara diversi…

Aktar