Immigrazzjoni
Jilmentaw li l-Gvern ma ħalliex vapur li salva l-immigranti jitrakka f’Malta

L-organizazzjoni Ġermaniża SEA Eye, li l-vapur tagħha kien wieħed mit-tnejn li ngħata kenn fl-ibħra Maltin waqt is-saga tal-immigranti, fi stqarrija lmentat li l-Gvern Malti irrifjuta l-permess biex il-vapur Professor Albrecht Penck jidħol f’Malta, wara li 17-il immigrant li kienu abbord gew trasferiti fuq patrol boat u nġiebu Malta.

L-organizzazzjoni qalet li minkejja l-isforzi tal-ambaxxatur Ġermaniż f’Malta, l-awtoritajiet Maltin anke rrifjutaw li jħallu li jsir il-bdil tal-ekwipaġġ tal-vapur. Żiedet tgħid li ma ngħatat l-ebda raġuni għal dan.

L-organizzazzjoni Sea Eye akkużat lill-Gvern Malti li uża s-saga tal-immigranti abbord bħala ostaġġi politiċi biex pajjiżi Ewropej jieħdu minn Malta anke l-immgranti li ġew salvati mill-Forzi Armati Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar