Barranin
Jiltaqgħu fi Franza l-mexxejja tas-7 l-akbar ekonomiji fid-dinja

Fil-belt ta’ Biarritz fi Franza bdew jiltaqgħu l-mexxejja tas-seba’ l-akbar ekonomiji fid-dinja: il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, għal-laqgħa tal-G7.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk, li wkoll jattendi għal din il-laqgħa, qal li dan hu test diffiċli ta’ għaqda u solidarjetà wara sena ta’ diżgwit bejn numru ta’ mexxejja.

“The last years have shown has shown that it’s increasingly difficult for all of us to find common language when the world needs our cooperation more, not less. This may be the last moment to restore our political community.”

Il-laqgħa se ssir fi klima tqila tant li l-President Franċiż, Emmanuel Macron, iddeċieda li għall-ewwel darba l-G7 mhux se joħroġ stqarrija konġunta fi tmiem il-laqgħa. Dan hekk kif qed isir fi żmien meta l-gwerra kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti sejra għall-agħar u l-gvernijiet Ewropej qed jipprovaw itaffu t-tensjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Iran.

Il-President tal-Istati Uniti wasal fi Biarritz l-għada li ħabbar tariffi ġodda fuq il-prodotti importati miċ-Ċina.

Huwa qal li hu kunfidenti li se jirbaħ il-gwerra kummerċjali maċ-Ċina.

“We’re having a little spat with China and we’ll win it. We put a lot of tariffs on China today as you know, they put some on us. We put a lot on them.”

Attivisti kontra l-globalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima ngħaqdu mal-attivisti tas-sdieri sofor biex jipprotestaw kontra l-laqgħa tal-G7. Skont l-attivisti l-mexxejja dinjija ma jwettqux dak li jgħidu li se jagħmlu u li l-qasma bejn il-fqir u s-sinjur qed tikber minħabba nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar