Lokali
Jiltaqgħu f’Malta biex itejbu l-ħidma ma’ tfal bi problemi

Rappreżentanti minn pajjiżi msieħba fl-għaqda internazzjonali mhux governattiva, International Social Service, jinsabu f’Malta għal konferenza ta’ jumejn biex jaqsmu l-esperjenzi u riċerki li saru bil-għan li jtejbu l-ħidma li s-social workers jagħmlu mat-tfal u l-familji bi problemi soċjali kumplessi.

Malta hi membru ta’ din l-għaqda permezz tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali. Dan l-aħħar iż-żewġ entitajiet ħadmu mill-qrib dwar kwistjonijiet li jitrattaw membri tal-istess familji, li iżda ma jgħixux fl-istess pajjiż.

Fl-ewwel jum ta’ konferenza internazzjonali dwar is-servizzi soċjali li ssir kull sentejn f’pajjiż membru tal-International Social Service, spikkat il-preżentazzjoni tat-terapista tal-familja Moira Doolan minn King’s College, f’Londra. Hi trattat l-għajnuna li għandha tingħata lill-familji li jkollhom pressjonijiet diversi, fosthom ekonomiċi, kwistjonijiet ta’ saħħa mentali jew relazzjonijiet diffiċli ma’ tal-familja.

Dr Doolan qalet li meta social worker tiltaqa’ ma’ familja ma tħarisx biss lejn il-familja, iżda tara wkoll kif l-affarijiet li qed iseħħu li jaffetwaw lil din il-familja, x’riżorsi għandha u kemm appoġġ tingħata minn organizazzjonijiet li rrikorriet għandhom għall-għajnuna. Qalet li ħafna drabi, kruċjali f’dan ikunu deċiżjonijiet politiċi li jkunu ħadu gvernijiet. Saħqet li għalhekk, meta wieħed jitkellem fuq bidla biex jagħti servizz aħjar, din il-bidla trid issir fuq kull livell.

“Thinking about families there is a different meaning in every level because the individual child may need help, the individual parent may need help, the parents may need help as parents, they may need help as a couple, and they may need help with other things in their life like substance abuse or mental health issues, so their is a whole range of issues we have to be thinking about and how we can help with all of those different issues,” qalet Dr Doolan.

Fil-ftuħ tal-konferenza, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li f’Malta l-Gvern irid jagħti lill-ġenerazzjonijiet li jmiss soċjetà fejn dawk il-membri li jsibu diffikultà ukoll ikunu qed jagħmlu suċċess. Qal li r-riżultati tajbin miksuba minn Malta fil-qasam soċjali ġie rikonoxxut fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tnaqqis fil-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Is-Sur Cutajar qal li minbarra l-benefiċċji soċjali mogħtija mill-gvern, il-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali permezz tal-aġenziji Appoġġ u Sedqa kompliet toffri aktar servizzi fejn jidħlu kwistjonijiet dwar il-familji.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Iktar tard din il-ġimgħa, il-President Marie Louise Coleiro Preca se jkollha żjara statali fit-Turkija. Hi se tkun akkumpanjata minn delegazzjoni tan-negozju magħmulha minn 50 persuna. Delegazzjoni ta’ 50 persuna se…

Lokali

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil…

Lokali

Din il-ġimgħa se tkun iddominata mix-xita u xi kultant anke r-ragħad. Bejn għada u nhar is-Sibt it-temp jaf se jtellfek mir-rutina minħabba l-maltemp. Madankollu mitt bniedem, mitt fehma u hawn…

Kurżitajiet

Qatt tħajjart tmur għand xi ħadd biex jaqralek ix-xorti? Min jaqra x-xorti huwa mmanipulat mix-xitan? F’Malta hawn kultura tal-okkult?  Glen Falzon stħarreġ dwar dan u tkellem ma’ xi ħadd li…

Aktar