
Kien mument speċjali u anke emozzjonanti għall-familja Frendo meta lbieraħ iltaqgħu mal-Papa Franġisku u ppreżentawh b’kopja tal-ktieb li jiġbor il-ħsibijiet u memorji ta’ binhom Jerome.
Jerome Frendo kien ħalla din id-dinja fl-2017 wara li tilef il-ġlieda kontra l-kanċer iżda warajh ma ħalliex biss il-memorja tiegħu. Il-ktieb Jerome huwa mimli tama, kuraġġ u fidi dwar ħajjet iż-żagħżugħ, li għalkemm kienet waħda qasira, kienet mimlija ferħ u hena.
Għalkemm il-ġuvni kien mifni bl-uġigħ, huwa xorta baqa’ jħares b’ottimiżmu sal-aħħar nifs u dan kollu joħroġ ukoll fil-ktejjeb tiegħu.
Il-Papa laqa’ lill-familja Frendo u l-ktieb ta’ binhom fejn berikom u għamlilhom aktar kuraġġ.



L-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa f’dawn il-jiem kellha l-privileġġ li tesebixxi ħiliet artistiċi ta’ membri tagħha f’Ruma u fil-Vatikan. Bandisti jdoqqu marċi u għanjiet tal-Milied fi Pjazza San Pietru…
Fil-Qorti dalgħodu quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale, l-ex Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi naqas milli jippreżenta kopja tar-Rapport tal-Evalwazzjoni dwar il-ftehim li bih il-Vitals Global Healthcare ħadu t-tmexxija tal-isptarijiet. Iktar kmieni din…
Illum mistennija tibda l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li huwa ssuspettat li ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-kumpilazzjoni kellha tibda tinstema’ nhar l-Erbgħa li għadda, iżda dakinhar stess…
Fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar għaddejja l-elezzjoni każwali fuq it-tielet distrett għas-siġġu vakat minn Helena Dalli, wara li nħatret Kummissarju Ewropew. Huma erbgħa l-kandidati li tefgħu n-nomina tagħhom; Jean Claude Micallef,…