X

Jimirħu barra minn Malta bil-mużika u jsibu bosta ammiraturi tagħhom

Wara s-suċċess tal-band lokali The Travellers f’Malta, is-sitt ġuvintur Għawdxin – Clayton, Joseph, Chris, Andrew, Sylvano u Michael – qed ikomplu jimiru bil-mużika tagħhom barra minn Malta.

Bħalissa The Travellers jinsabu t-Tuneżija fejn qed idoqqu l-mużika tagħhom f’kunċerti żgħar f’diversi postijiet.  Huma kienu mistednin ukoll fuq diversi stazzjonijiet tar-radju fejn indaqqet il-mużika tagħhom.

F’kummenti ma’ TVM, The Travellers qalu li huwa ta’ unur għalihom li qed idoqqu fit-Tuneżija u qed ikollhom rispons tajjeb tant li jidher li l-ammiraturi tagħhom mhumiex biss Maltin iżda wkoll barranin.

The Travellers għandhom bosta kanzunetti popolari bil-Malti bħal Xemx u Xita u Ħafi Paċi Kuluri u l-istil pop tagħhom huwa segwit minn ħafna, tant li fil-kunċerti li jtellgħu dejjem ikunu miżgħuda bin-nies.

Iż-żjara ta’ The Travellers fit-Tuneżija qed issir bl-ghajnuna tal-Cultural Diplomacy Fund, il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, u l-Ambaxxatur Mark Pace and Gabriel Camenzuli mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Tuneż.