Annimali
Jimla z-zalzett bil-viti biex joqtol il-klieb

L-imħabba li joffru l-klieb mhux dejjem taf tkun reċiprokata. Xi nies li ħarġu l-klieb tagħhom lejn l-Għarb u San Lawrenz Għawdex sabu zalzett bil-viti fih mormi fit-triq. Jidher li xi ħadd rema dan iz-zalzett bil-għan li l-klieb imorru jikluh u sfortunatament jifgaw u jmutu.

Fuq il-mezzi soċjali, persuna kitbet inkwetata dwar dan u ħeġġet lin-nies biex joqogħdu attenti għax minkejja li ġabret uħud minnhom ma tafx jekk fadalx aktar fit-triq.

Min-naħa tagħha, il-Malta Society for the Protection and Care of Animals (MSPCA), ikkundannat dan l-att ta’ krudeltà u ħeġġet lin-nies biex joqogħdu attenti meta joħorġu l-annimali tagħhom.

Dwar il-każ sar rapport fl-għassa tar-Rabat Għawdex.