Lokali
Jimmarkaw il-ħmieġ tal-klieb bil-bnadar tal-pajjiżi

Kulħadd jaf li ma tistax tħalli lill-kelb iħammeġ barra mingħajr ma tnaddaf warajh. Spiss iżda jkun hawn min jiġi jaqa’ u jqum, tant li tista’ tgħid li x-xeni tal-ħmieġ fit-triq jew fuq il-bankina huma komuni.

Trejqa fil-kampanja ta’ Wied il-Għajn li twassal lejn il-bajja magħrufa bħala l-Ponta tal-Munxar din il-ġimgħa wkoll kienet miżgħuda bil-ħmieġ, iżda din ix-xena kienet kemmxejn differenti mis-soltu.

Xi ħadd jidher li qagħad jieħu l-ħin biex iwaħħal bnadar ċkejkna tal-pajjiżi fil-ħmieġ tal-klieb. Xejn inqas minn sitt pajjiżi, inkluż il-bandiera tal-Unjoni Ewropea, kienu rrappreżentati. Bandiera ta’ Malta iżda ma dehritx.

Forsi min kien ħarqitu qalbu u pprova jiffranka lill-għajru milli jirfes f’dan il-ħmieġ waqt li jkun bil-karkur tal-baħar.

Jista’ jkun ukoll xi ħadd li għamel bih id-deni tat-Tazza tad-Dinja, inkella forsi kien hemm min xtaq iwassal l-opinjoni tiegħu dwar pajjiżi partikolari. Inti x’taħseb?

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Mandy Vella li għandha 24 sena biss qed tgħix bi tbatija kbira minħabba li tbati b’Cystic Fibrosis. Hija tgħid li din qed taffettwalha l-pulmun u l-firxa, tbati bil-qtugħ ta’ nifs…

Avjazzjoni

Fl-istorja Maltija tal-avvjazzjoni, l-1969 ma kinitx l-isbaħ paġna. F’temp ta’ tliet xhur, nofs seklu ilu, seħħew żewġ disgrazzji tal-ajru b’ajruplani militari. L-istorja tagħhom hija fost kważi elf inċident tal-ajruplan li…

Lokali

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività…

Għawdex

Dalgħodu f’Dar Arka, Għajnsielem, saret quddiesa mmexxija mill-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech bħala talba ta’ radd il-ħajr lil Alla fi tmiem il-mandat tal-President Marie-Louise Coleiro Preca. Fi kliem il-President, l-Ewkaristija…

Aktar