Kurżitajiet
Itellaq mar-riħ b’Opel Astra : jilħaq 696 km/h

Raġel Belġjan ġie immultat wara li qabeż il-696 km/h b’vettura Opel Astra .

Tal-anqas hekk kienet qed tgħid l-ittra mibgħuta mill-Pulizija.

Skont il-Pulizija, ir-raġel kien qed isuq b’nofs il-veloċità li kapaċi jilħaq il-ħoss.

Ir-raġel kien qed isuq f’Quiévrain, villaġġ żgħir Belġjan fejn il-limitu tal-veloċità huwa 50 km/h.

L-ebda karozza tal-Formula 1 mhi kapaċi tilħaq dik il-veloċità. Kien biss żball tekniku min-naħa tal-Pulizija.

Fil-verità, ir-raġel kien qed isuq b’60 km/h iżda sfortunatament, xorta weħel multa għaliex qabeż il-limitu tal-veloċità b’10 kilometri fis-siegħa.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-maħżen tal-Knisja tal-Imġarr ilbieraħ laqa’ attività mhux tas-soltu. Seba’ rġiel poġġew ma’ mejda bil-għan li jiksru rekord nazzjonali biċ-‘chicken nuggets.’ Din l-isfida saret waqt il-maratona tas-soċjetà filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema,…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Aktar