Kronaka
Jinbena mill-ġdid it-taraġ il-kbir fil-Berġa tal-Italja

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn fuqu nbnew żewġt ikmamar. Kif spjega l-kuratur tal-mużew nazzjonali tal-arti, MUŻA, Dr Sandro Debono qal li mal-lant tar-restawr f’Awwissu tal-2017, intebħu b’dan it-taraġ u kellhom ibiddlu l-pjani tal-proġett tal-MUŻA, anke jekk dan wassal għal dewmien fit-tlestija tal-mużew.

Il-Kuratur Ewlieni tal-MUŻA,Dr Sandro Debono qal “bdejna b’riċerka intensiva biex nifhmu x’għandna u x m’għandniex. Skoprejna li kellna taraġ importanti ħafna li aktarx inbena lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax li kien magħruf bħala l-iscala grande, it-taraġ il-kbir.”

Dr Debono spjega li mir-riċerka ħareg li oriġinarjament it-taraġ kien mibni b’mod li jkun imdawwal bi twieqi kbar u bi spazju prominenti.

“Riedna nġibu żewġ affarijiet essenzjalment. Id-dawl, l-idea tad-dawl u kif id-dawl jidħol mit-twieqi, waħda minnhom li hawn warajna hawnhekk li tagħti għal fuq Triq Melita. Fi tlugħ ix-xemx hawnhekk, speċjalment qabel ma nbniet il-Knisja ta’ San Ġakbu, li qiegħda n-naħa l-oħra tat-triq, kienet tidħol ix-xemx b’mod dirett fil-kuritur u l-passaġġ oriġinali. Ma stajniex inġibuh kollu għaliex il-binja nbidlet tul iż-żmien, fil-fatt l-ispazju tat-taraġ ċkien u kien diffiċli ħafna u kien anke lil hinn minn dak li xtaqna nagħmlu, li nneħħu ħitan storiċi, u allura pruvajna kemm jista’ jkun inġibu l-passaġġ oriġinali” qal Dr Debono.

Dr Debono spjega li t-taraġ reġa’ nbena b’materjal kontemporanju li jissejjaħ teku li jikkonsisti f’aluminium miksi bir-ram u b’metall u ħġieġ. Madankollu l-proġett ħaseb biex iħalli fdalijiet tat-taraġ li nbena fis-seklu sbatax, twieqi, bibien u arkati li nfetħu tul l-istorja ta’ dan il-bini.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Għar Ħanex kien għar naturali mal-kosta tal-Qrendi bejn Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Din il-formazzjoni ġeoloġika rat l-elementi tan-natura jwasslu biex jumejn ilu l-għar iġġarraf. Minfloku ffurmat tieqa, li iżda…

Lokali

Ir-riħ qawwi mix-xlokk il-lvant, forza 7, tella’ kwantità kbira ta’ ramel fit-triq mill-bajja tal-Għadira. Il-preżenza ta’ daqstant ramel fit-triq ħolqot diffikultajiet għas-sewqan tal-vetturi, b’xi karozzi dehru jinstaqu b’diffikultà. Is-sitwazzjoni kienet…

Lokali

Id-Dipartiment tal-Istat Amerikan, permezz tal-kelliema tiegħu, Morgan Ortagus faħħar il-pożizzjoni tal-Gvern Malta wara li rrifjuta li żewġ ajruplani militari Russi jgħaddu mill-ispazju tal-ajru Malti. L-ajruplani kellhom itiru mis-Sirja għall-Venezwela. Il-Gvern…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena mill-Imsida ttieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel f’arblu. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4pm fi Triq il-Kosta. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni…

Aktar