Kronaka
Jindarab gravi b’daqqa ta’ siġġu waqt argument

Raġel weġġa’ gravi wara argument f’residenza f’Tal-Pieta’.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4am f’residenza fi Triq Qrajten, Pieta’.

Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ argument bejn żewġ persuni. Waqt dan l-argument raġel barrani ta’ 38 sena li joqgħod il-Pieta’ weġġa’ b’daqqa ta’ siġġu.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

Raġel barrani ta’ 42 sena li joqgħod il-Pieta’ qed jiġi mitkellem mill-Pulizija filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.