Kronaka
Jindarab gravi b’daqqiet ta’ sikkina wara argument ma’ raġel ieħor

Raġel qed isofri minn grieħi gravi wara li kien involut f’argument ma’ raġel ieħor fil-Gżira.

Skont il-Pulizija, raġel ta’ 22 sena mill-Gambja allegatament qala’ daqqiet ta’ sikkina, bl-aggressur għadu ma ġiex identifikat.  L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.10pm fl-inħawi ta’ Manoel Island.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Tas-Sliema u tim mediku marru minnufih fuq il-post fejn seħħ l-argument, bir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Simone Grech.  L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Il-Partit Nazzjonalista nieda Future Leaders, programm intiż għal żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-24 sena biex jitħarrġu fix-xena politika u jsiru l-mexxejja politiċi t’għada. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli qal…

Toroq

It-tliet proġetti, li jinkludu t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fl-intersection taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun bypass u l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Aldo Moro, qed jitlestew…

Kultura

Grupp ta’ 40 żgħażagħ u tfal mill-parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema s-Sibt se jtellgħu dramm għall-okkażjoni tal-festi taċ-ċentinarju ta’ din il-parroċċa. Dan id-dramm jirrakkonta l-istorja ta’ din il-parroċċa. Ġrajjiet imġedda…

Aktar