Kronaka
Jindarab gravi f’argument fil-Gżira

Raġel ta’ 33 sena, ta’ nazzjonalità Torka, li joqgħod Tas-Sliema, ittieħed l-Isptar Mater dei għal kura medika wara li sofra ġrieħi f’argument fil-Gżira.

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4.30am, il-Pulizija ġiet infurmata mill-isptar li ddaħħal raġel għall-kura bi grieħi gravi.

Minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel waqt li kien fi Triq ix-Xatt, kellu argument ma’ raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin