Kronaka
Jindarab gravi fi ġlieda f’Tas-Sliema

Argument f’Tas-Sliema bejn tliet irġiel wassal għall-feriment ta’ wieħed minnhom.

Skont il-Pulizija, l-irġiel – wieħed ta’ 38 sena residenti B’Kara u żewġt irġiel residenti l-Gżira li għandhom 41 sena u 23 sena kienu nvoluti fi ġlieda fi Triq il-Katidral.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8.30am meta fuq il-post issejjaħ l-intervent tal-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-isptar Mater Dei.  Wieħed mill-irġiel, li għandu 38 sena, ittieħed l-isptar għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

It-tifkira ta’ Lassana Cisse Souleymane, li kienet tpoġġiet fil-post fejn inqatel ġiet ivvandalizzata. Huwa kien inqatel kiesaħ u biered fit-triq li tagħti bejn Ħal Far u Birżebbuġa nhar is-6 t’April. B’rabta…

Lokali

Heritage Malta, flimkien mas-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali Malti u l-Università ta’ Macquarie, f’Sydney l-Awstralja, qed iħabbru l-bidu ta’ proġett internazzjonali u interdixxiplinarju li jinvolvi l-istudju tal-kranji umani li nstabu ġewwa l-Ipoġew…

Qorti

Ir-raġel suspettat bl-omiċidju ta’ Charlene Farrugia mistenni jitressaq il-Qorti llum. TVM jinsab infurmat li huwa se jitressaq b’rabta mal-hold up li seħħ ftit tal-jiem ilu f’ħanut fil-Gżira. Dwar l-akkużi b’rabta…

Aktar