Kronaka
Jindarab gravi wara ħabta bejn mutur u karozza

Raġel ta’ 40 sena residenti Birkirkara weġġa’ gravi wara ħabta fil-Marsa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 fi Triq il-Marsa, il-Marsa. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 40 sena u karozza tat-tip Toyota Starlet misjuqa minn mara ta’ 62 sena residenti l-Marsa.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.