Kronaka
Jindarab gravi wara li nqaleb bit-tractor waqt li kien l-għalqa

Raġel weġġa’ gravi wara li nqaleb bit-tractor waqt li kien l-għalqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-3.45pm f’Wied il-Mielaħ, l-Għarb, Għawdex.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li ġuvni ta’ 27 sena li joqgħod l-Għarb, inqaleb bit-tractor waqt li kien l-għalqa.

Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz t’ambulanza u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.