Kronaka
Jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Belt

Irlandiż ta’ 45 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30pm fi Triq l-Assedju l-Kbir, fil-Belt Valletta.

Huwa ntlaqat minn vettura Renault Zeo misjuqa minn mara Ingliża ta’ 38 sena li tgħix l-Gżira.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.