Kronaka
Jindarab gravi wara li skidja bil-mutur u ħabat ma’ vettura

Raġel ta’ 41 sena li jgħix il-Mellieħa skidja bil-mutur Suzuki li kien qiegħed isuq b’konsegwenza li ħabat ma’ vettura Opel Meriva li kienet ġejja mid-direzzjoni opposta.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45am Triq Selmun, Mellieħa.

Il-vettura Opel kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 70 sena li jgħix Ħal Balzan.

Ir-raġel ta’ 41 sena ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.