Kronaka
Jindarab gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota

Raġel ta’ 62 sena li joqgħod Santa Luċija, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ waqt li kien bir-rota.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4pm  fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, Ħal Għaxaq. L-ewwel investigazzjonijiet juru li r-raġel għal xi raġuni tilef il-kontroll tar-rota u sofra xi ġrieħi.

Hu ttieħed l-isptar u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.