Kronaka
AĠĠORNAT: Ħaddiem fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Ħaddiem ta’ 32 sena mill-Bangladesh li jgħix il-Gżira jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15am f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Depiro, f’Tas-Sliema.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ħaddiem l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Marsanne Farruġia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.