Lokali
FILMAT: ħaddiem ta’ 40 sena jmut wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar erba’ sulari f’Ħal Far

Ħaddiem Taljan ta’ 40 sena tilef ħajtu traġikament wara li dalgħodu waqa’ minn għoli ta’ bejn tlieta u erba’ sulari fil-qasam industrijali ta’ Ħal Far.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ tvm.com.mt, li d-diżgrazzja seħħet għall-ħabta ta’ 11.45 a.m. meta l-vittma kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ fabbrika u waqa għal isfel.

Fuq il-post isejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei u ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jassistu lill-vittma. Madankollu sfortunatament huwa ġie ċċertfikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li ħatret bosta esperti biex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.