Kronaka
Jindarab gravi wara li waqa’ minn sellum f’Raħal Ġdid

Raġel ta’ 44 sena residenti f’Ħal Tarxien weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni waqa’ minn fuq sellum.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12:10 f’garaxx fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Studju li sar mil-Kumpanija EY b’kollaborazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ wera li l-Industrija tal-Yachting tiġġenera aktar minn €100 miljun fis-sena minħabba dħul ieħor dirett għall-Gvern. Id-dettalji ngħataw f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Ministru…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li minkejja li rreżista r-riformi l-Gvern kellu jimplimenta t-tibdil li qaltlu l-Kummissjoni Venezja. Waqt li kien qed jindirizza attività politika fiż-Żurrieq illejla, il-Kap Nazzjonalista qal…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena, Steve Galea li nstab ħati li għex fuq il-prostituzzjoni tas-sieħba tiegħu, skansa l-ħabs wara li biddel ħajtu. Galea, kien ukoll akkużat li flimkien ma’ tnejn oħra,…

Aktar