Lokali
FILMAT: Jindarab wara li waqa’ u ġie fuq saqaf ta’ kontejner fil-Mosta

Ħaddiem ġarrab ġrieħi gravi wara li kmieni waranofsinhar waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta.

tvm.com.mt jinsab informat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.00 p.m. meta r-raġel ta’ madwar 30 sena waqa’ u spicca fuq saqaf ta’ kontejner.

Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex setgħu joħorġu lill-vittma mis-sit ta’ kostruzzjoni waqt li tim mediku mill-Isptar Mater Dei tah kura ta’ emerġenza għall-ġrieħi gravi li ġarrab f’diversi partijiet ta’ ġismu.

Ambulanza ħaditu l-isptar Mater Dei bil-kundizzjoni tiegħu tidher waħda serja.

Filmat: Ray Caruana – TVM