Lokali
Jinfetaħ uffiċċju biex jintlaħqu żgħażagħ vulnerabbli

Fil-pjazza Antoine de Paule, f’Raħal il-Ġdid, infetaħ uffiċċju li l-mira tiegħu hi li jilħaq żgħażagħ vulnerabbli ta’ bejn it-tlettax u tmintax -il sena biex jingħataw l-għajnuna.

L-uffiċċju li qed jopera taħt il-Fondazzjoni għas-servizzi soċjali, bl-isem ta’ OK, Opportunity Knocks, se joffri servizz multi dixxiplinarju fosthom minn youth workers u social workers. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Alfred Grixti qal li dal-proġett fil-komunità jrid jagħti imbotattura liż-żgħażagħ biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, fosthom b’sussidji ta’ korsijiet edukattivi.

Alfred Grixti qal “issir evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kull żagħżugħ. Jekk żagħżugħ irid isir driver ta’ van, irid liċenzja speċjali, u ma jkunux jistgħu jħallsulu, aħna nsibu min itih it-taħriġ u nħallsulu aħna.”

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon qal li dan is-servizz b’fondi mill-allokazzjoni finanzjarja lil Malta miż-żona ekonomika Ewropea magħmula min- Norveġja, Liechtenstein u l-Iżlanda se jtul għal sentejn u wara s-servizz jitkompla permezz ta’ fondi nazzjonali. Skont il-Ministru Falzon huwa stmat li hawn mal-elfejn żagħżugħ f’sitwazzjoni ta’ faqar u li għalhekk dan is-servizz qed jimmira li jservi ta’ prevenzjoni għaż-żgħażagħ biex ma jaqgħux lura.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li dan il-proġett ġie magħżul wara negozjati twal mal-pajjiżi donaturi bil-għan li tkompli tintlaħaq il-mira ta’ Malta li tnaqqas il-faqar fost dawk l-iżjed żvantaġġjati.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Instab mejjet r-raġel Daniż li kien irrappurtat nieqes nhar il-5 ta’ Ġunju li għadda. TVM huwa infurmat li Allan Hartmann-Jensen ta’ 53 sena instab mejjet dalgħodu fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni…

Unjoni Ewropea

Kellu jkun summit li jiddetermina l-ġejjieni immedjat tal-Unjoni Ewropea… għaliex kellu jiddiskuti mhux biss aġenda strateġika b’numru ta’ prioritajiet, iżda possibilment kellu jwitti t-triq għal qbil dwar in-nomini ta’ dawk…

Unjoni Ewropea

Laqgħa Għolja li qed tiltaqa’ bħalissa fi Brussell tista’ tiddetermina l-ħames snin li ġejjin tal-Unjoni Ewropea. Bil-mexxejja Ewropej, fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, qed jiddiskutu mhux biss il-prioritajiet li fuqhom…

Aktar