Sajd
Jinfetaħ uffiċċju ġdid għas-sajjieda f’Marsaxlokk

B’investiment ta’ €666,000 ko-finanzjat minn fondi Ewropej,  infetaħ uffiċċju ġdid għas-sajjieda f’Marsaxlokk.

Il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd Anton Refalo qal li dan l-uffiċċju se jservi bħala one stop shop għas-sajjieda, fejn se jiġi rreġistrat ukoll il-qbid tal-ħut.  Il-Ministru qal li dan huwa wieħed mill-proġetti ffinalizzati biex is-servizzi jkunu eqreb u  iktar konvenjenti għas-sajjieda.  Qal li wasal biex jitlesta l-proġett tal-estensjoni tal-moll f’Għawdex biex jikkumplimenta proġett simili f’Marsaxlokk, biex is-settur tas-sajjieda jissaħħaħ.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi qal li bħalissa għaddejja ħidma mal-Ministeri kollha biex bħalma sar f’dan il-proġett jinġiebu l-massimu tal-fondi Ewropej mill-pakkett li jmiss, dak ta’ bejn 2021 u l-2027.
Id-Direttur Ġenerali tas-Sajd, Bjorn Callus qal li l-uffiċċju l-ġdid f’Marsaxlokk se jagħti sostenn lis-sajjieda, fejn hemm ukoll post fejn jinħażnu l-ħut li jinqabdu illegalment, biex isir iktar infurzar fis-settur.
F’Malta u Għawdex hawn irreġistrati mat-800 bastiment tas-sajd, u mat-800 sajjied li jaħdmu fuq bażi full time u part time.
Aħbarijiet Oħra

Il-Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, permezz tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, bħalissa għaddej b’sejħa ta’ reklutaġġ ghal Compliance Officers ġodda, dan bil-għan li d-Dipartiment isaħħaħ l-infurzar sabiex dejjem aktar nassiguraw li…

Ħamsin sena ilu Villa Bighi ntużat għall-aħħar darba bħala sptar, wara 167 sena ta’ servizz kontinwu. Wirja permanenti fiċ-ċentru interattiv għax-xjenza l-Esplora tikkomemora l-perjodu meta l-binja kienet isservi bħala l-isptar…

Aktar