Pulizija
Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal Kuntistabbli u Spetturi tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qed javża li nfetħu l-applikazzjonijiet għal dawk interessati li jingħaqdu mal-Korp tal-Pulizija.

Bil-hashtag ‘something for everyone’, filmat promozzjonali tal-korp jagħti ħarsa lejn ix-xogħol vast tal-pulizija, bi rwoli varji li jolqtu l-ħiliet ta’ persuni differenti.

L-applikazzjonijiet qed jintlaqgħu għall-gradi ta’ Kuntistabbli u anki għall-gradi ta’ Spetturi, u jistgħu jintbagħtu fuq is-sit elettroniku tar-reklutaġġ sas-26 ta’ Lulju.

Iktar dettalji dwar il-kariga ta’ kuntistabbli jinsabu hawn, waqt li iżjed tagħrif dwar il-kariga ta’ spettur tinsab hawn.