Lokali
Jinfetħu l-applikazzjonijiet għal min irid jaħdem mal-klieb tad-Dwana

Id-Gvern se jiftaħ l-applikazzjonijiet għal dawk interessati li jaħdmu fid-Dipartiment tad-Dwana, b’mod partikolari fis-sezzjoni l-ġdida tal-klieb.

Il-postijiet li jridu jimtlew fid-Dipartiment tad-Dwana huma dawk ta’ Customs Assistant, Dog Handlers u Dog Handling Instructor.

Dan hekk kif ix-xahar li għadda tħabbar li, fost investiment ieħor fid-dwana, se tkun qed titwaqqaf għall-ewwel darba sezzjoni tal-klieb.

L-applikazzjonijiet għal Customs Assistant jistgħu jsiru fuq is-sit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u se jibqgħu miftuħa sal-20 t’Ottubru, filwaqt li l-applikazzjonijiet għal Uffiċjali Pubbliċi biex isiru Dog Handlers u Dog Handling Instructor jistgħu jsiru fuq is-sit tal-ingaġġ fis-servizz pubbliku sat-13 t’Ottubru.