Lokali
L-applikazzjonijiet għall-MJESC 2021 huma miftuħa

Il-Public Broadcasting Service tixtieq tħabbar li ħarġu l-applikazzjonijiet tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2021.

L-applikazzjoni flimkien mar-regolamenti jistgħu jinkisbu mis-sit www.tvm.mt/junioreurovision.  Kull applikazzjoni għandha tiġi ssottomessa online sa mhux aktar tard mill- 05 ta’ Settembru 2021.

Matul il-proċess tal-għażla, ġurija professjonali se tevalwa s-sottomissjonijiet kollha, fejn minnhom jintgħażlu 12-il finalist/a, li ser jikkompetu bejniethom għall-aħħar fażi tas-selezzjoni.

Il-finalisti, ser jkantaw LIVE quddiem ġurija waqt sessjoni LIVE fuq it-Television u anke fuq il-midja soċjali f’Ottubru.  F’dan il-perjodu, il-pubbliku jkun jista’ jivvota għall-kantant jew kantanta favaorit/a tiegħu.

Il-vot tal-pubbliku (50%)  flimkien mal-vot tal-ġurija (50%) ser jiddetermina r-rebbieħ jew rebbieħa ta’ din is-sena jitħabbar waqt l-istess xandira diretta fuq il-Televion Malta fl-aħħar ta’ xandira.

Il-Junior Eurovision Song Contest, din is-sena se jsir fi Franza fid-19 ta’ Diċembru li ġej.