Qorti
Jinfexx jidgħi u jitkellem ħażin fl-awla u weħel multa ta’ €4,000

Koas fl-awla tal-Maġistrat Donatella Frendo Dimech hekk kif George Farrugia magħruf bħala ċ-‘Ċapalaw’ ta’ 58 sena infexx jidgħi fl-awla.  Dan hekk kif l-avukat tiegħu infurmah li biex jagħmel programm u jammetti irid jeħel sa sentejn ħabs.

Kif sema’ hekk, Farrugia beda jitkellem ħażin u jidgħi, bil-Qorti timmutah €1,000. Meta sar jaf li weħel multa, iċ-Ċapalaw kompla jitkellem ħażin u mmultatu €2,000, bl-akkużat ordnat jinħareġ mill-Qorti. Farrugia kompla jidgħi waqt li kien eskortat minn madwar sitt pulizija u spiċċa mmultat €4,000.

Wara li kkalma, Farrugia mill-ġdid iddaħħal fl-awla, u skuża lilu nnifsu għal dak li għamel. Talab bil-ħniena biex jagħmel programm kontra l-vizzju li għandu tad-droga, bil-Qorti taċċetta l-iskuża. Iżda l-Qorti qalet li mhux se jaċċetta li huwa dagħa bil-madonna fl-awla. Farrugia qal li huwa satanist u ma kienx jaf x’qed jagħmel. Il-Qorti ma ħafritlux il-multa ta’ €4,000.

Huwa kien akkużat mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Daryl Borg, li wettaq żewġ serqiet, waħda fil-Ħamrun u oħra fil-Belt. Farrugia kien akkużat li fis-27 ta’ Settembru, fis-6.45 ta’ filgħodu, fil-Ħamrun żamm anzjana kontra l-volontà tagħha u serqilha brazzuletta tad-deheb.

Huwa kien akkużat ukoll li fis-7 ta’ Ottubru, fil-5.15 ta’ wara nofsinhar, fil-Belt Valletta, seraq żewġ bagalji li kienu fil-pussess ta’ raġel. Huwa kien akkużat li hu reċediv.  Huwa wieġeb li ħati tal-akkużi. Is-sentenza se tingħata fl-1 ta’ Novembru.  L-avukat Martin Fenech deher għall-akkużat.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Ambaxxatur ta’ Malta fi Franza, Helga Mizzi, kitbet fuq Facebook li l-Maltin li hu magħruf li jinsabu fi Strasburgu ma kienux fil-periklu fil-ħin li seħħ l-attakk terroristiku f’villaġġ tal-Milied fil-belt…

Mużika

It-temp xitwi hu ideali għal mixja jew ġirja li tgħin biex il-persuna tkun fl-aħjar forma fiżika possibbli jew għall-anqas iżżomm ruħha attiva. Fl-ambjent urban, ix-xatt ta’ Tas-Sliema hu wieħed mill-aktar…

Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Aktar