Barranin
Jinġabru 8,000kg bram wara invażjoni fi xtajta popolari mat-turisti

Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi.  U hekk ġara fix-xtajta Spanjoli ta’ Andalusija.  Iżda l-kurrenti ġabu magħhom invazjoni ta’ bram kif jidher fil-filmat li spiċċa viral fuq Facebook.  Il-bram inġemgħu fix-xtajta l-iktar popolari mat-turisti.

Fil-filmat Nacho Jimenez Perez baqa’ mpressjonat bl-ammont kbir ta’ bram, waħda fuq l-oħra, li ra xeni impressjonanti fix-xtajta Spanjoli. Dan kien ikkonfermat mill-awtoritajiet Spanjoli li qalu li nġabru mat-8,000 kilogrammi ta’ bram fi tmiem il-ġimgħa.

L-ispeċi tal-bram pelagia noctiluca hija waħda mill-iktar komuni fil-Mediterran u l-iktar li ddajjaq lill-għawwiema jekk tigdimhom.  Jidher li fi Spanja hemm allerta massima dwar il-bram minħabba li qed jimxu minn bajja għall-oħra mil-Lvant lejn in-Nofsinhar tax-xtajta Spanjoli.