Ambjent
Jinġabru aktar minn 16,000 tunnellata ta’ skart mormi illegalment fl-2018

Is-sena l-oħra d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni neħħiet aktar minn 16,000 tunnellata ta’ skart mormi b’mod illegali.  Sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, id-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni ġabret ‘il fuq minn 4,500 tunnellata ta’ skart illegali.

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni Ramon Deguara spjega kif din id-diviżjoni hija kommessa li tkompli toffri dan ix-xogħol f’aktar lokalitajiet li qegħdin isofru minn abbuż ta’ rimi ta’ skart illegali. Huwa tkellem ukoll dwar il-bżonn li dan ix-xogħol jimxi id f’id ma’ aktar infurzar. Din id-diviżjoni qiegħda fi qbil mal-LESA biex jiġu nfurzati, u għalhekk imnaqqsa dawn l-illegalitajiet f’diversi postijiet madwar Malta.

Bħalissa d-Diviżjoni għaddejja b’xogħol estenstiv tal-parti magħrufa bħala Tal-Papa f’Birżebbuġa.  Diġà nġabru iktar minn 128 tunnellata ta’ skart minn din il-parti ta’ Birżebbuġa. L-iskart kien jinkludi, fost l-oħrajn, terrapin, kartun u skart ta’ kostruzzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista tkellem dwar il-ħtieġa ta’ aktar indafa f’pajjiżna, għaliex l-indafa tolqot lil kull wieħed u waħda minna b’diversi modi, kemm mill-aspett ta’ saħħa, mill-aspett estetiku ta’ pajjizna, kif ukoll l-ekonomija tal-pajjiż li tiddependi ħafna fuq it-turiżmu.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din l-inizjattiva tkompli turi biċ-ċar li l-Uffiċjali tal-Komunità qegħdin ikunu aktar viċin il-bżonnijiet tal-komunità filwaqt li l-infurzar lokali qed jimraħ f’oqsma importanti oħra bħal dak ambjentali.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li l-Gvern huwa mpenjat biex ikompli jtejjeb il-lokalitajiet għall-ġid tal-komunità, u fl-istess waqt jiżgura li l-ispazji pubbliċi jkunu aktar nodfa u siguri għall-familji biex jitgawdew u jiġu apprezzati.

Min jiltaqa’ mal-bżonn li jirraporta każi ta’ skart jista’ jcempel fuq 1718 jew juża il-mobile app ‘Clean and Upkeep’.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar