Parlament
Jinġabru aktar minn €1 miljun minn taxxa fuq flus mhux dikjarati

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li d-Dipartiment tat-Taxxa daħħal €1,241,000 minn taxxa fuq flus mhux dikjarati.

Fi tweġiba parlamentari lid-deputat nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru Scicluna qal li dawn it-taxxi inġabru minn 655 persuna li kienu igħixu l-Awstralja u li ma kienux ħallsu taxxa fuq  flus li ma ddikjarawx.