Mużika
Jinġabru aktar minn €300,000 għall-karità permezz tal-Festival Malta Together

Waqt il-Festival ta’ Gratitudni u Ispirazzjoni ta’ Malta Together li xxandar ilbieraħ filgħaxija fuq TVM u fuq is-sit maltatogether.com, inġabru aktar minn €300,000 għal disa’ għaqdiet. Dawn huma Richmond Foundation, Inspire Foundation, Malta Trust Foundation, Foodbank Lifeline Foundation, St Jeanne Antide Foundation, Jesuit Refugee Service, Victory Kitchen, FIDEM Charity Foundation u d-Dar Tal-Providenza.

Il-flus inġabru mill-isponsors tal-festival u minn dawk kollha li taw donazzjonijiet billi żaru il-websajt https://www.maltatogether.com/donatenow jew għamlu kuntatt fuq [email protected].  Malta Together għadha qed tilqa’ donazzjonijiet għal dawn l-organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuniet varji, minn appoġġ għall-persuni b’diżabilità u persuni bi problemi ta’ saħħa mentali, servizzi ta’ ikel għal dawk li ma jistgħux jitimgħu lill-familthom, li ntagħżlu biex ikunu megħjuna jkomplu l-ħidma sfiqa tagħhom waqt dan iż-żmien diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-produzzjoni tal-festival kienet ikkoordinata mill-organizzaturi ta’ X-Factor Malta (Mint Media), Jagged House u Malta Together. Grupp ta’ artisti ngħaqdu b’mod virtwali u bit-talent tagħhom – minn darhom stess – irringrazzjaw lil kull min fl-aħħar xahrejn kien fuq ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-Covid-19 waqt li offrew serata pjaċevoli lill-poplu fid-dar.

Magħhom ingħaqdu diversi persuni oħra b’messaġġi li jqawwu l-qlub fosthom mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, ħaddiema lokali tal-kura tas-saħħa, organizzazzjonijiet volontarji u frontliners oħra, kif koll minn David Beckham, Gary Neville u Jamie Carragher.

Malta Together hija sit tal-komunità li twaqqaf biex jgħin persuni f’Malta jgħixu ħajja aħjar waqt il-pandemija tal-COVID-19, b’aċċess għal appoġġ, attivitajiet, intratteniment u servizzi utli għall-individwi, familji u negozji. Malta Together għandha l-għan li tikber bħala pjattaforma fejn kumpaniji, organizzazzjonijiet, individwi u l-komunità jistgħu jgħinu lil xulxin u jagħmlu differenza f’pajjiżna.

Tista’ terġa’ tara l-kunċert hawn:

Malta Together: A Festival of Gratitude and Inspiration

Iktar minn 50 artist kollha miġburin f'kunċert virtwali b'turija ta' sapport lil dawk kollha li qegħdin fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-Covid-19

Gepostet von Television Malta am Sonntag, 3. Mai 2020

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar