Lokali
Jinġabru € 2,507,254 fil-maratona sportiva b’risq Puttinu Cares
Tinġabar is-somma ta € 2,507,254 fil-maratona ta’ 60 siegħa ta football u volleyball b’risq il-fondazzjoni Puttinu Cares.
Is-somma finali tħabbret waqt xandira diretta fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni li kienet ilha għaddejja minn nhar il-ġimgħa. L-għan wara il-ġbir ta’ fondi kien il-proġett ta’ akkomodazzjoni fil-qalba ta’ Londra biex il-qraba ta’ pazjenti li jkollhom bżonn intervent fi sptarijiet f’Londra ikollhom fejn joqgħodu.
Uffiċjali fi ħdan Puttinu Cares qalu lil TVM li bħalissa għaddejja ħidma biex ikun stabbilit post, bl-għan hu li jinxtara sal-aħħar sena. Mindu jinxtara il-post, jibda l-proġett li għandu jkun lest fi żmien bejn sentejn u tliet snin.
Fil-maratona ħadu sehem aktar minn 400 tim waqt li kien hemm is-sehem ta’ 300  voluntier.
Aħbarijiet Oħra
Budget

Għada se jitħabbar it-tieni budget ta’ din il-leġislatura mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Filmat imxerred fuq il-mezzi soċjali ġie spjegat l-għan tal-Budget, li jgħolli l-kwalità tas-servizzi li joffri l-Gvern fosthom dawk tas-saħħa…

Ikel

Ħafna jiħduh bħala duwa meta jkollhom uġigħ fi griżmejhom jew għal taqlib fl-istonku, oħrajn iżiduh mal-kafè jew mat-te. Qed nirreferu għall-ġulepp tal-ħarrub li jissajjar bħal daż-żmien, hekk kif tibda toqrob…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum The Sunday Times Fuq il-faċċata storja b’ritratt li tgħid li bini tal-Gvern fi Xrobb l-Għaġin li qabel kien jintuża mill-ex Prim Ministru Dom Mintoff…

Aktar