Jinġabru €121,000 fil-maratona bir-roti

Is-somma li nġabret fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-maratona bir-rota li ssir fil-Kulleġġ ta’ San Ġorġ Preca fil-Ħamrun hija ta’ €120,950. Dawn il-flus se jkunu qegħdin jintużaw biex jinxtara tagħmir li jsalva l-ħajja ta’ dawk li tiqfilhom qalbhom għall-għarrieda. 

Il-Maratona bir-Rota kompliet laħqet il-qofol tagħha llejla fejn kompliet il-ħidma biex jinġabru flus għal xiri tal-automated external defibrillators fl-iskejjel Maltin u Għawdxin.

Is-Sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru u ċerperson ta’ The Marigold Foundation, żaret il-Maratona fejn iltagħqet mal-istudenti li qed jieħdu sehem u mal-għalliema u l-voluntiera kollha. Is-Sinjura Muscat qalet li din il-maratona, li ssir kull sena hija eżempju ta’ kemm dan il-pajjiż għandu kuxjenza socjali. Hija fissret kif din l-maratona tiġbed lejha nies ta’ etajiet differenti u kif il-parteċipazzjoni tat-tfal, anke ta’ etajiet żgħar ħafna, turi is-sens ta’ altruiżmu tas-soċjetà Maltija kollha. F’isem The Marigold Foundation: Bov in the Community, is-Sinjura Muscat ippreżentat ċekk ta’ €1,000 għal din l-inizjattiva.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, feraħ illejla fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook lil dawk kollha li fi kliemu ħadmu kemm felħu għal dan is-suċċess ta’ ġenerożità. Huwa sotna li din l-inizjattiva se tgħin biex dawk kollha li jiġu fl-iskejjel, minn studenti għall-għalliema, kif ukoll oħrajn li jiġu fl-iskejjel filgħaxijiet għal attivitajiet sportivi u oħrajn għall-programmi edukattivi tal-adulti, jkollom aċċess għal dan l-apparat jekk jinqala’ l-bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Trasport

Il-Malta Public Transport nidiet l-ewwel karozza tal-linja li taħdem 100% bl-elettriku fi proġett pilota biex tistudja l-possibiltà li vetturi ta’ dan it-tip jibdew ikunu parti mill-flotta. Konrad Pule mill-Malta Public…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Qorti

Alistair Camilleri ta’ 39 sena mill-Marsa baqa’ miżmum arrestat wara li tressaq akkużat b’sensiela ta’ hold-holdups iktar kmieni dan ix-xahar. Camilleri m’ammettiex l-akkużi kontrih. Hu ġie arrestat mill-Pulizija ta’ Kontra…

Saħħa

Fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Feare qal li matul dan l-istaġun, l-influenza se tkun qed taffettwa persuna minn kull erbgħa. Dr Fearne spjega li l-Influenza B laqtet…

Aktar