Knisja Maltija
Jinġabru €164,067 waqt il-maratona Oħloq Tbissima

Waqt il-Maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) inġabru €164,067.

Matul is-sittin siegħa, il-pubbliku pparteċipa f’quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, li wrew il-bżonnijiet kbar li hemm u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja.  Il-programm inkluda diskussjonijiet, intervisti, kant u żfin, logħob, il-banda tal-armata u anke l-banda tal-pulizija u diversi varjetajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha.

Hekk kif is-sittax-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima ġiet fi tmiemha, Fr. Louis Mallia mssp, irringrazzja lil kull min kien parti minn din l-esperjenza.

Oħloq Tbissima ġiet imxandra fuq TVM2.

Kull min jixtieq għadu jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu billi jċempel fuq:

€10                  51602004

€15                  51702007

€25                  51802009

SMS €4.66      50618099

Pledge Line:  21 445544 (għal donazzjonijet ta’  €100 jew aktar)

Jew donazzjoni online fuq:  www.ohloqtbissima.com