COVID-19
Jinġabru €22,000 minn missjunarju Malti għall-foqra fil-Pakistan fi żmien tal-Coronavirus

F’dan iż-żmien fejn kulħadd jinsab fl-istess sitwazzjoni riżultat tal-pandemija Covid-19, il-Maltin mhux biss qed juru solidarjetà ma’ xulxin iżda saħansitra ma’ persuni li ma jafux li jinsabu mal-ħamest elef kilometru bogħod minnhom.

F’temp ta’ jumejn Fr Karm Debattista fil-missjoni fil-Pakistan għamel appell fuq il-media soċjali biex jintbagħtu donazzjonijiet għax-xiri tal-ikel għall-foqra fil-Pakistan gabar aktar minn tnejn u għoxrin elf ewro.

Kif seħħ f’ħafna pajjiżi oħrajn, fil-Pakistan iddaħlu ħafna restrizzjonijiet fuq il-moviment tan-nies, b’konsegwenzi allarmanti ħafna għall-ifqar fost il-fqar tilfu x-xogħol u spiċċaw lampa stampa mingħajr ebda dħul, kif spjegalna Fr Karm Debattista mis-Soċjetà Missjunarju ta’ San Pawl li jinsab fil-missjoni fil-Pakistan.

“Il-fatt illi hemm il-lockdown bħalissa jfisser li dawn in-nies huma f’diffikultà kbira ta’ flus u ta’ ikel u aħna xtaqna li ngħinu lil dawn in-nies u l-ewwel li għamilna kien li l-Gvern offra li jgħin bi ftit flus billi trid tapplika online, allura ftaħna l-iskola tagħna u mill-komputers tagħna bdejna napplikaw lil dawn in-nies fqar”

Il-Ħadd li għadda Fr Karm għamel appell fuq Facebook biex jintbagħtu donazzjonijiet għax-xiri tal-ikel lill-persuni li saħansitra ma jmutux bil-virus iżda jmutu bil-ġuħ. Qalilna li f’inqas minn 48 siegħa ġabar aktar minn €22,000 u bihom xtara provisti ta’ ikel għal dawk l-aktrr fil-bżonn.

“Nirringrazzjakom minn qalbi għall-ġenerożità u l-għajnuna tagħkom li dejjem kienet hemm, kont naf żgur imma qatt ma ħsibt li se jiġri dan kollu fi ftit sigħat u nassigurakom li din l-għajnuna se tħalli ħafna frott lil dawn in-nies li bħalissa għaddejjin minn din id-diffikultà ”

Fil-Pakistan, sa issa hemm erbat elf każ pożittiv bil-Covid-19 waqt li 55 persuna mietu.

 

Aħbarijiet Oħra
Temp

L-Uffiċċju Meteoroloġiku ħareġ twissija ta’ riħ qawwi. Ir-riħ mill-Majjistral it-Tramuntana, li iktar tard idur lejn il-Majjistral, ser ikun qawwi għal qawwi ħafna fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sas-siegħa ta’ għada…

Lokali

Il-Gvern Malti se jkompli jikkopera mal-kumplament tal-istati membri biex jkun hemm kordinament fir-rilaxx tal-miżuri, speċjalment dawk li għandhom x’ jaqsmu mal-fruntiera. F’laqgħa tal-Ministri responsabbli mill-Affarijiet Ewropej tal-istati membri fil-Mediterran, is-Segretarju…

COVID-19

Il-manifattur Ingliż tal-mediċini AstraZeneca rdoppja l-kapaċitajiet ta’ manifattura għal vaċċin potenzjali għal 2 biljun doża bid-distribuzzjoni mistennija li tibda fil-ħarifa. Bħalissa qed isiru l-provi kliniċi iżda s-sid tal-kumpanija Pascal Soriot…

Solidarjetà

Żewġ żgħażagħ li għandhom passjoni għal sport differenti – wieħed għar-rugby u l-ieħor għall-għawm – se jippruvaw jaqdfu 100km bejniethom biex jiġbru fondi għall-fondazzjoni li toffri l-ikel lil dawk fil-bżonn….

Aktar