Jinġabru €46,000 fil-Caritas Trail

Caritas Malta ġabret €46,000 mill-Caritas Trail, li fiha ħadu sehem mijiet ta’ nies f’mixja, ġirja u dawra bir-rota fl-aħħar ta’ Settembru. Attività oħra, Smile with Caritas li saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, fl-okkazjoni tan-Notte Bianca, żiedet mal-ġbir tal-fondi.

It-tliet attivitajiet tal-Caritas Trail intemmu fiċ-Ċentru Terapewtiku f’San Blas, fejn Monsinjur Victor Grech ta merħba lil dawk li ħadu sehem . Huwa qal li dan il-ġbir ta’ fondi qiegħed isir biex il-Caritas tkun tista’ tkompli tagħti s-servizzi tagħha b’xejn lil persuni f’diffikultà. Huwa qal li l-Caritas mhux qed jirnexxilha tkopri l-ispejjez tagħha, u appella lill-Gvern u lill-pubbliku biex iżidu l-appoġġ tagħhom għal dawn il-programmi ta’ riabilitazzjoni.

Bank of Valletta, li kien l-isponsor ewlieni tal-Caritas Trail, bħalissa qiegħed jagħmel kampanja Cards for Charity li matulha l-Bank qed jagħti parti minn kull tanżazzjoni li ssir permezz tal-cards tal-Bank of Valletta lill-Caritas Malta.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Aktar