Lokali
Jinġabru fuq €920,000 biex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn

Il-ħolma ta’ Bjorn Formosa u martu Maria li jiftħu dar oħra għal min ibati mill-ALS u kundizzjonijiet oħra simili hija pass eqreb li seħħ, wara l-maratona ta’ ġbir fil-programm Xarabank tal-bieraħ.

Fi tmiem il-programm kienet inġabret is-somma ta’ €921,856, li għandha tmur biex tinfetaħ dar ikbar minn dik li qed tintuża bħalissa.

Dar Bjorn tilqa’ pazjenti li jbatu bl-ALS, l-MS, u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra, iżda għad hemm nies li għadhom qed jistennew li jiġu milqugħa f’din id-dar għaliex bħalissa m’hemmx post għalihom.

Inatnt, aktar kmieni dan ix-xahar, Bjorn ingħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2018 tal-ħidma tiegħu għall-komunità tal-ALS. Il-Membri tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi u Miriam Dalli nnominaw lil Bjorn għal dan il-premju, b’appoġġ ukoll mill-MEPs tal-PN.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

Għat-tielet darba ġejjin Malta l-grupp Taljan Il Volo. Fost il-kanzunetti li mistennija jkantaw fil-kunċert hemm dik li biha ġew fit-tielet post tal-festival ta’ Sanremo ta’ din is-sena, Musica che resta…

Lokali

Hekk kif dil-ġimgħa l-Imsida qed tiċċelebra l-festa tar-raħal, il-Kunsill Lokali qed javża b’xi tibdil fir-rotot tal-karozzi tal-linja. Nhar il-Ħadd li ġej, jum il-festa, bejn is-6.30pm u l-10.30pm se tkun magħluqa…

Lokali

Uffiċjali u membri speċjaliżżati fil-qasam finanzjarju fi ħdan il-GRTU kellhom laqgħa rigward is-sitwazzjoni bankarja f’Malta mal-Prim Ministru Joseph Muscat u mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni l-Onor. Silvio…

Qorti

Il-Qorti tal-Maġistrati laqgħet talba tal-Għaqda Repubblika biex issir inkjesta dwar it-trasferiment tat-tliet sptarijiet lill-kumpanija Vitals Global Health. L-Għaqda talbet li ssir din l-inkjesta biex tistabilixxi jekk kienx hemm kompliċità kriminali…

Aktar