Lokali
Jinġabru għat-talb fil-Moskea b’miżuri ta’ mitigazzjoni

Wara nuqqas ta’ tliet xhur, il-Ġimgħa wara nofsinhar il-moskea f’Raħal Ġdid fetħet il-bibien tagħha għat-talb milll-komunitàMusulmana.
TVM żar il-moskea waqt it-talb tal-Ġimgħa u l-Imam Mohammed Elsadi wera l-ferħ tiegħu li l-moskea reġgħet infetħet għat-talb.

“Il-Misilmin hawn Malta ferħanin li reġgħu lura biex jagħmlu t-talb fil-moskea għax speċjalment it-talb ta’ jum il-Ġimgħa għandu jsir fil-moskea u t-talb fil-moskea u fil-ġemgħa huwa fih premju akbar” qal l-Imam.

Fis-sigħat ta’ qabel, l-Imam talab lill-komunità Musulmana biex tikkollabora u timxi mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, fosthom qallhom iġibu t-tapit personali tagħhom.

“Qegħdin taraw li timxu fin-numru, kemm barra u wkoll ġewwa, skont ir-rakkmondazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa?
Barra żammejna 75 wieħed li jitolbu bis-sinjali fejn jitolbu u ġewwa żammejna ‘l bogħod 2 metri f’kull direzzjoni u nispera li jkun biżżejjed li jkun tajjeb għal kulħadd biex kulħadd jiġi jagħmel talb fil-moskea…. Bħalma qegħdin taraw meta jidħlu l-Misilmin biex jitolbu qed jeħdulhom it-temperature tagħhom u jippurifikaw idejhom qabel u jilbsu l-maskra u żammejna 2 metri ‘l bogħod minn bniedem u ieħor sew barra u sew fil-moskea. Biex nakkomodaw l-akbar numru ta’ Misilmin li jitolbu jum il-Ġimgħa għamilna 4 talbiet jum il-Ġimgħa flok talba waħda.”

L-Imam spjega li minflok talba waħda ta’ nhar ta’ Ġimgħa qed isiru kull siegha fis-siegħa sal-erbgħa ta’ wara nofsinhar. TVM kien preżenti għat-talba tas-sagħtejn u waqt li fil-moskea kien hemm inqas minn 70 persuna, fuq barra kien hemm biss 6 Musulmani għat-talb.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar