Lokali
Jinġabru terz tal-ispejjeż għar-restawr tal-Pro Katidral Anglikan tal-Belt

F’sena nġabret terz tas-somma meħtieġa għar-restawr tal-Pro Katidral Anglikan tal-Belt, miljun Ewro minn tlieta. Għalkemm it-triq hi twila u diġà qed ikun imbassar li x-xogħol se jieħu aktar żmien milli maħsub, l-amministrazzjoni tal-Katidral hi konvinta li sal-aħħar kwart ta’ din is-sena x-xogħol ikun beda. Ġie deċiż li l-ewwel attenzjoni tingħata lill-kampnar ikoniku.

Lejn l-aħħar tas-sajf jew fil-bidu tal-ħarifa, mistenni jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Pro Katidral Anglikan iddedikat lil San Pawl, fil-Belt.

Iċ-Chairman tal-Kumitat għar-Restawr tal-Katidral Anglikan, Martin Scicluna qal li x-xogħol se jibda mill-kampnar, għoli madwar 60 metru, li qal hi l-aktar parti tal-binja li qed tibki għar-restawr.

Iċ-Chairman tal-Kumitat għar-Restawr tal-Katidral Anglikan Martin Scicluna qal “so we’ll be doing the tower most importantly because we think is the most vulnerable part of the cathedral and then do the railings and the external walls all around the cathedral. Phase 2 will be the rest of the Cathedral so the other walls all the way round, the internal part of the Cathedral itself, particularly the ceiling and all of that is still being analysed.”

Il-proġett ġie fdat f’idejn il-periti ta’ Architecture Project. Qabel jibdew ix-xogħlijiet, il-periti qed jagħmlu studji fuq l-istruttura tal-Katidral, li nbena bejn l-1839 u l-1844. Is-Sur Scicluna rrimarka li hu mbassar li x-xogħlijiet se jieħdu aktar żmien milli ppjanat.

Iċ-Chairman tal-Kumitat għar-Restawr tal-Katidral Anglikan Martin Scicluna ”we had set up ourselves a target to finish by November 2019 which is, of course, the 175th anniversary of the building of this cathedral but we think we may probably overlap in 2020 – early 2020.”

Dan il-proġett hu stmat li se jiswa 3 miljun ewro. Is-Sur Scicluna qal li f’sena ta’ ġbir ta’ fondi nġabru mal-miljun ewro.

Martin Scicluna qal ”The donations have come from all walks of society. We’ve had some very big donations from Prince Charles, from Cameron Mackintosh and others but also there’s been hundreds of small donations which have been really encouraging and we’ve just launched a scheme appealing to leading firms that might consider giving say 5,000 or 10,000 euros over two years and which we are calling the 5k/10k supporters club.”

Il-Komunità Anglikana applikat ukoll għal fondi tal-Unjoni Ewropea biex itaffu mill-ispiża għax-xogħol ta’ restawr fuq il-Katidral Anglikan.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Uffiċjali tad-Dwana stazzjonati fl-ajruport qabdu mad-€19,000 fi flus mhux iddikjarati waqt kontrolli ta’ rutina fis-sala tat-tluq. Passiġġiera Maltija li kienet se taqbad titjira lejn Istanbul ġiet mistoqsija jekk jekk kellhiex…

Budget

Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, jitkellem dwar dak li l-GTA qed tistenna mill-baġit 2019:

Ambjent

Il-Gvern qassam aktar minn tliet mitt siġra lil seba’ kunsilli lokali. Il-lokalitajiet: il-Marsa, l-Imdina, il-Fgura, il-Gudja, Santa Luċija, il-Ħamrun u San Ġiljan ingħataw is-siġar fuq talba tagħhom stess biex ikomplu…

Budget

Il-Kap tal-Politika tal-Kamra tal-Kummerċ, Andre Fenech, jitkellem dwar dak li qed tistenna l-Kamra mill-baġit 2019:

Aktar