Barranin
Jingħalaq ajruport f’Ruma wara li jinstabu bombi mit-Tieni Gwerra Dinjija

Ajruport f’Ruma kellu jingħalaq temporanjament wara li nstabu mirdumin taħt l-art xi bombi Ġermaiżi li jmorru lura għat-Tieni Gwerra Dinjija.

Il-Ministeru għad-Difiża qal li l-esperti ħadmu b’sigurtà u l-galbu biex ineħħu l-bombi mill-ajruport ta’ Ciampino.

B’kollox instabu 3 bombi jiżnu madwar 150kg – inkluż 75kg polvri.

Il-bombi nstabu meta kienu qed isiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq it-tarmak jumejn ilu.

Titjiriet lejn l-ajruport ġew ikkanċellati għal diversi sigħat. Passiġġieri li nzertaw fl-ajruport ġew evakwati malli nstabu l-bombi iżda dawn ma ġewx mgħarrfa bis-sejba.

L-ajruport reġa’ nfetaħ mill-ġdid wara li l-bombi tneħħew minn fuq il-post.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Il-Papa Franġisku preseda l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Il-funzjoni saret bil-Latin għalkemm l-omelija saret minn Patri Raniero Cantalamessa bit-Taljan li bbaża l-omelija tiegħu fuq it-tbatija ta’ Kristu…

Barranin

Ġurnalista li kienet qed tirrapporta dwar irvell f’Londonderry fl-Irlanda nqatlet b’tir. Il-Pulizija qed tittratta dan il-każ bħala inċident terroristiku. Intant, dissidenti Repubblikani qed jiġu akkużati bil-qtil ta’ Lyra McKee ta’ 29…

Barranin

Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Quddiesa tal-Aħħar Ċena ta’ Ħamis ix-Xirka f’ħabs qrib Ruma. Huwa ħasel u bies saqajn tnax-il ħabsi. Din hija l-ħames darba li l-Papa mexxa s-servizz lil hinn mill-Vatikan,…

Barranin

Bradley Welsh, boxer, futboler, u attur Skoċċiż, inqatel fi sparatura f’Edinburgh. Bradley, li kellu 42 sena, kien ħalla l-isports warajh biex daħal fid-dinja taċ-ċinema. Huwa kien wieħed mill-atturi ewlenin fil-film…

Aktar